Join our community of prayer and donate a prayer for those who are suffering at this point in time.
Talba lil San Mikiel Tal-Qaddisin Kollha
O glorjuż San Mikiel tal-Qaddisin
kollha, int li qiegħed tgawdi fil-Ġenna,
indenja ruħek, nitolbuk, li tgħin lil
dawk maħkuma mill-mard tal-kanċer,
ġaladarba dawn ġew imqiegħda taħt
il-ħarsien qawwi tiegħek.
Aqlagħlhom minn għand Alla li jista’
kollox, il-virtu’ tal-qawwa ħalli jkunu
jistgħu jsofru bil-paċenzja u birrassenjazzjoni
dak kollu li s-Sinjur Alla
jogħġbu jippermettilhom.
Agħti lilna wkoll, nitolbuk, il-grazzja li
nsiru nixbħuk dejjem iżjed, speċjalment
fl-imħabba kbira li int kellek lejn Ġesu’
Ewkaristija, kif ukoll il-grazzja ta’ ħajja
verament Nisranija, magħquda f’kollox
mar-rieda t’Alla, anke fejn dan għandu
x’jaqsam mas-saħħa ta’ ġisimna.
Ammen.
Missierna Sliema u Glorja.
San Mikiel tal-qaddisin kollha, itlob għalina.