Hospice Malta qed tħabbar li Rita Camilleri rebħet l-ewwel premju tal-Lotterija Annwali ta’ Hospice Malta ta’ din is-sena. L-ewwel premju kienet karozza elettrika LeapMotor T03, sponsorjata minn Motors Inc. It-tlugħ tal-lotterija sar fit-3 ta’ Diċembru 2024 u ġie mxandar b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Hospice Malta. Dakinhar ittellgħu wkoll ir-rebbieħa tal-premjijiet l-oħra. Hospice Malta rringazzjat lil dawk kollha li pparteċipaw fil-lotterija ta’ din is-sena għas-sapport ġeneruż tagħhom.

Alexia Demicoli, Chief Relations Officer ta’ Hospice Malta, qalet, “Nawguraw lir-rebbieħa kollha u nirringrazzjaw lill-isponsors kollha għall-appoġġ tagħhom, kif ukoll lil kull min ipparteċipa f’din l-inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi. Is-sapport tagħhom jgħinna biex inkomplu nipprovdu servizzi essenzjali ta’ kura palljattiva lill-pazjenti u lill-familji tagħhom mingħajr ħlas.”

Hospice Malta qed tirringrazzja lil Motors Inc., The Cruise & Travel Group, M.A.& A. Services Ltd, Sound Machine, u AX The Palace Malta, għall-kontribuzzjonijiet ġenerużi tagħhom, kif ukoll lil kull min xtara l-biljetti.

Hekk kif is-sena qed tiġi fi tmiemha, Hospice Malta tixtieq tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja lill-benefatturi, lill-isponsors, lill-voluntiera, u lil kull min ta sehmu b’xi mod fil-missjoni tagħhom. Id-donazzjonijiet ġenerużi tagħhom, is-sapport kontinwu, u l-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tagħhom kienu strumentali biex jgħinu lill-Hospice Malta tipprovdi s-servizzi tagħhom lil dawk li l-aktar għandhom bżonnhom, mingħajr ħlas.

Għal aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi ta’ Hospice Malta, żur https://hospicemalta.org.